Language of document : ECLI:EU:C:2012:395





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C‑485/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija favur Ellinika Nafpigeia AE — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Irkupru — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Obbligu — Dmir ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 27, 36)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Kundizzjonijiet — Implementazzjoni ta’ proċedura li tiżgura eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 28, 29)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat — Obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija — Terminu ta’ referenza — Terminu ffissat fid-deċiżjoni li ma ġietx eżegwita jew sussegwentement mill-Kummissjoni (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 30, 31)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-Greċja favur it-tarznari Elleniċi (innotifikata bid-dokument numru C (2008) 3118) (ĠU L 225, p. 104).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex timplementa d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-Greċja favur it-tarznari Elleniċi, u, billi ma ppreżentatx lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 19 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11 sa 19 ta’ din id-deċiżjoni.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.