Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria - l-Ungerija) – Weltimmo s.r.o. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

(Kawża C-230/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Direttiva 95/46/KE– Artikoli 4(1) u 28(1), (3) u (6) – Kontrollur formalment stabbilit fi Stat Membru – Ksur tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda persuni fiżiċi fi Stat Membru ieħor – Determinazzjoni tad-dritt applikabbli u tal-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti – Eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni – Setgħa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Weltimmo s.r.o.

Konvenuta: Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali ta’ Stat Membru li ma huwiex dak li fih il-kontrollur ta’ din id-data huwa rreġistrat, sakemm dan il-kontrollur jeżerċita, permezz ta’ arranġament stabbli fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, attività effettiva u reali, anki minima, li fil-kuntest tagħha jsir dan l-ipproċessar.

Sabiex jiġi ddeterminat, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk dan huwiex il-każ, il-qorti tar-rinviju tista’, b’mod partikolari, tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt, minn naħa, li l-attività tal-kontrollur, li fil-kuntest tagħha jsir l-ipproċessar, tikkonsisti fl-amministrazzjoni ta’ siti tal-internet ta’ riklami dwar proprjetajiet immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u miktuba fil-lingwa tiegħu u li għaldaqstant hija prinċipalment, jekk mhux kompletament, diretta lejn dan l-Istat Membru u, min-naħa l-oħra, li dan il-kontrollur għandu rappreżentant f’dan l-Istat Membru, li huwa responsabbli għall-irkupru tad-djun li jirriżultaw minn din l-attività kif ukoll sabiex jirrappreżentah fil-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji relatati mal-ipproċessar tad-data kkonċernati.Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni dwar in-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati minn dan l-ipproċessar ta’ data hija irrilevanti.Fil-każ li l-awtorità ta’ superviżjoni ta’ Stat Membru li tirċievi lmenti, skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46, tasal għall-konklużjoni li d-dritt applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali kkonċernata ma huwiex id-dritt ta’ dan l-Istat Membru, iżda dak ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 28(1), (3) u (6) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tista’ teżerċita s-setgħat effettivi ta’ intervent mogħtija lilha skont l-Artikolu 28(3) ta’ din id-direttiva biss fit-territorju tal-Istat Membru li taħtu hija taqa’. Għaldaqstant, hija ma tistax timponi sanzjonijiet abbażi tad-dritt ta’

dan l-Istat Membru fir-rigward tal-kontrollur ta’ din id-data li ma huwiex stabbilit f’dan it-territorju, iżda għandha, skon

t l-Artikolu 28(6) tal-istess direttiva, titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni li taqa’ taħt l-Istat Membru li d-dritt tiegħu huwa applikabbli tintervjeni.Id-Direttiva 95/46 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ ‘adatfeldolgozás’ (operazzjonijiet tekniċi ta’ pproċessar ta’ data) użat fil-verżjoni Ungeriża ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari fl-Artikolu 4(1)(a) u 28(6) tagħha, għandu jiġi mifhum f’sens identiku għal dak tat-terminu “adatkezelés” (ipproċessar ta’ data).

____________

1 ĠU C 245, 28.07.2014.