Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Deutsche Post AG vs Hauptzollamt Köln

(Kawża C-496/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Post AG

Konvenut: Hauptzollamt Köln

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 1 , tal-24 ta’ Novembru 2015, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jippermetti lill-awtoritajiet doganali jeżiġu mingħand l-applikant li huwa jinformahom, fir-rigward tal-membri tal-bord ta’ sorveljanza tiegħu u tal-impjegati tiegħu li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ diretturi ġenerali, kapijiet ta’ dipartimenti, ġestitur tas-servizzi ta’ kontabbiltà, kap tad-dipartiment doganali, kif ukoll tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni ta’ kwistjonijiet doganali u dawk inkarigati jittrattawhom, bin-numri ta’ identifikazzjoni fiskali mogħtija mill-Bundeszentralamt für Steuern (uffiċċju federali tat-taxxi) għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq id-dħul, kif ukoll bl-uffiċċji tat-taxxa responsabbli għall-istabbiliment tat-taxxa fuq id-dħul?

____________

1 ĠU 2015, L 343, p. 558.