Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2013 - Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/11)

("Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta' kwoti ta' emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 - Punti ta' riferiment li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, B. Majczyna, C. Herma u M. Nowacki, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta' April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 290, 01.10.2011.