Language of document : ECLI:EU:C:2007:552

DIGRIET TAL-PRESIDENT

 TAR-RABA’ AWLA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

27 ta’ Settembru 2007 (*)

“Tħassir”

Fil-kawża C-175/06,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunale civile di Genova (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni ta’ l-14 ta’ Marzu 2006, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta’ Marzu 2006, fil-proċedura

Alessandro Tedesco

vs

Tomasoni Fittings Srl,

RWO Marine Equipment Ltd,

IL-PRESIDENT TAR- 

RABA’ AWLA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

wara li nstemgħat l-Avukat Ġenerali J. Kokott,

jagħti l-preżenti

Digriet

1        B’deċiżjoni tas-26 ta’ Marzu 2007, li waslet fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta’ Settembru 2007, it-Tribunale civile di Genova kkonstata li ntemmet l-istanza quddiemu, u għaldaqstant id-domandi preliminari mressqa kienu saru irrilevanti.

2        F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ordnat it-tħassir ta’ din il-kawża mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3        Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti nazzjonali, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk ta’ l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Għal dawn il-motivi, il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna:

Il-kawża C-175/06 hija mħassra mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Lussemburgu, 27 ta’ Settembru 2007

R. Grass

 

      K. Lenaerts

Ir-Reġistratur

 

      Il-President tar-Raba’ Awla


* Lingwa tal-kawża: it-Taljan