Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fit-3 ta' Awwissu 2012 - Nnamdi Onuekwere vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-378/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) Londra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nnamdi Onuekwere

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Domandi preliminari

F'liema ċirkustanzi, jekk inhu l-każ, perijodu ta' priġunerija jikkostitwixxi residenza legali għall-finijiet tal-kisba tad-dritt ta' residenza permanenti skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva Ċittadini 2004/38 ?

Jekk perijodu ta' priġunerija ma jikkwalifikax bħala residenza legali, persuna li tkun skontat perijodu ta' priġunerija hija permessa li tiġbor flimkien il-perijodi ta' residenza qabel u wara l-priġunerija tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodu ta' 5 snin meħtieġ sabiex jiġi stabbilit id-dritt ta' residenza permanenti skont id-Direttiva?

____________

1 - Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 5, p. 46)