Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Versailles (Franza) fl-10 ta’ Lulju 2017 – Oeuvre d’assistance aux bêtes d’abattoirs (OABA) vs Ministre de l’agriculture et de l’alimentation, Premier ministre, Bionoor, Ecocert France, Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

(Kawża C-497/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oeuvre d’assistance aux bêtes d’abattoirs (OABA)

Konvenuti: Ministre de l’agriculture et de l’alimentation, Premier ministre, Bionoor, Ecocert France, Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Domandi preliminari

Ir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw, b’mod partikolari:

mill-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, tat-28 ta’ Ġunju 2007 1 , li r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tiegħu huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008 2 ,

u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009 3

għandhom jiġu interpretati li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-ħruġ tat-tikketta Ewropea “agricolture biologiqueˮ għal prodotti li joriġinaw minn annimali li ġew suġġetti għal qatla għal raġunijiet reliġjużi mingħajr sturdament minn qabel, imwettqa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1099/2009?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, tat-28 ta’ Ġunju 2007, dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, p. 1).

2 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, p. 1)

3 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, p. 1).