Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria - Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria

(Kawża C-328/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA, Atc Esercizio SpA, Atp Esercizio Srl, Riviera Trasporti SpA u Tpl Linea Srl

Konvenuti: Atpl Liguria - Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1), (2) u (3) u l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet] 1 , jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti biss il-possibbiltà li jattakkaw id-dokumenti ta’; proċedura ta’ sejħa għal offerti lill-operaturi ekonomiċi li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għal parteċipazzjoni fl-imsemmija sejħa għal offerti, anki meta l-kawża tikkontesta l-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-prinċipju tagħha peress li r-regoli tagħha jirrendu l-għoti wisq improbabbli?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).