Language of document : ECLI:EU:C:2011:779

Kawża C-518/10

Yeda Research and Development Company Ltd

u

Aventis Holdings Inc.

vs

Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division))

“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikolu 3 — Kundizzjonijiet għall-kisba taċ-ċertifikat — Kunċett ta’ ‘prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ’ — Kriterji — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Prodott mediċinali mqiegħed fis-suq li jinkludi biss ingredjent attiv wieħed filwaqt li l-privattiva tinvoka kompożizzjoni ta’ ingredjenti attivi”

Sommarju tad-digriet

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Dritt ta’ privattiva — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali — Kundizzjoni għall-għoti — Prodott kopert minn privattiva bażika fis-seħħ

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 469/2009, Artikolu 3(a))

L-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinal, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari meta l-ingredjent attiv imsemmi fl-applikazzjoni għal ċertifikat bħal dan, għalkemm jidher fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika bħala ingredjent attiv li jaqgħa f’kompożizzjoni ma’ ingredjent attiv ieħor, ma jkunx is-suġġett ta’ ebda talba li titratta biss fuq dan l-ingredjent attiv.

(ara l-punt 39 u d-dispożittiv)