Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-502/13) 1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – VAT – Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa – Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u F. Dintilhac, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti : Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Chatziioakeimidou u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti)

Dispożittiv

Billi applika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 96 sa 99, 110 u 114 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-15 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112.Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju tal-Belġju u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.