Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad - Varna (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Varna Holideis EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-364/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad - Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Varna Holideis EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90(1) u tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrikjedu li l-aġġustament tal-kreditu fiskali applikat għat-tranżazzjoni jitwettaq anki f’każijiet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-tranżazzjoni li fir-rigward tagħha kien eżerċitat id-dritt għal tnaqqis kienet ġiet iddikjarata nulla bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet il-forza ta’ res judicata, jew fil-kuntest tad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jitqies li f’dan il-każ ma jistax jingħad li kien hemm tranżazzjoni u għalhekk a priori ma kien hemm ebda impożizzjoni ta’ taxxa?

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 185(1) u (2) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali dwar it-twettiq tal-aġġustament tal-kreditu fiskali applikat għal tranżazzjoni li kienet ġiet iddikjarata nulla bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, huwa possibbli li l-aġġustament jitwettaq direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).