Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State - il-Pajjiżi l-Baxxi) – J. N. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-601/15 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Standards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2008/115/KE – Soġġorn legali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 9 – Dritt li wieħed jibqa’ fi Stat Membru – Direttiva 2013/33/UE – Punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) – Detenzjoni – Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew tal-ordni pubbliku – Validità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 6 u 52 – Limitazzjoni – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. N.

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

Mill-eżami tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, ma jirriżulta ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikoli 6 u 52(1) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 38, 1.2.2016.