Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Awwissu 2014 – Aliny Wojciechowski vs Office national des pensions (ONP)

(Kawża C-408/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aliny Wojciechowski

Konvenut: Office national des pensions (ONP)

Domandi preliminari

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali kif ukoll, minn naħa, l-Artikolu 4(3) TUE u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprekludu li Stat Membru jnaqqas, jew anki jirrifjuta, pensjoni tal-irtirar dovuta lil ħaddiem impjegat bis-saħħa tas-snin ta’ servizz iwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, meta t-total tas-snin tal-karriera li matulhom ħadem f’dan l-Istat Membru u fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej jeċċedi t-tul massimu ta’ karriera ta’ 45 sena msemmi fl-Artikolu 10a tad-Digriet Irjali Nru 50 tal-24 ta’ Ottubru 1967 dwar il-pensjoni tal-irtirar u tas-superstiti ta’ ħaddiema impjegati?