Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs R.

(Kawża C-583/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Konvenuta: R.

Domandi preliminari

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss l-Istat Membru li fih tressqet għall-ewwel darba l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li għandu l-kompitu li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, b’mod li ċittadin barrani għandu rimedju biss f’dan l-Istat Membru, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Dublin, kontra applikazzjoni żbaljata ta’ wieħed mill-kriterji ta’ responsabbiltà stabbiliti mill-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament (fosthom l-Artikolu 9)?

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda, sa fejn huwa rilevanti l-fatt li l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru fejn din tressqet għall-ewwel darba jew il-fatt li ċ-ċittadin barrani rtira din l-applikazzjoni b’mod prematur?

____________

1     ĠU 2013, L 180, p. 31; iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Dublin”.