Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 - Schaefer Kalk GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġemanja

(Kawża C-460/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schaefer Kalk GmbH & Co. KG

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġemanja

Domandi preliminari

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 1 huwa invalidu u jikser l-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE 2 , sa fejn jistipula fit-tieni sentenza tal-Artikolu 49(1), li l-CO2., li ma huwiex ittrasferit fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 49(1), huwa kkunsidrat bħala emissjoni mill-installazzjoni li pproduċiet is-CO2?

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 huwa invalidu u jikser l-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, sa fejn jistipula fil-punt 10 tal-Anness IV li s-CO2 li huwa ttrasferit lejn installazzjoni oħra, għall-produzzjoni ta’ karbonat tal-kalċju preċipitat (KKP), huwa kkunsidrat bħala emissjoni mill-installazzjoni li pproduċiet is-CO2?

____________

1 Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, tal-21 ta’ Ġunju 2012, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, p. 30). Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).