Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze - l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj

(Kawża C-290/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2008/115/KE – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Deċiżjoni li tordna r-ritorn flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul għal tliet snin – Ksur tal-projbizzjoni fuq id-dħul – Ċittadin ta’ pajjiż terz li kien tneħħa preċedentement – Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ dħul mill-ġdid illegali fit-territorju nazzjonali – Kompatibbiltà)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Skerdjan CelajDispożittivId-Direttiva 2008/115/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed jirrisjedi irregolarment li, wara li rritorna fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn preċedenti, jerġa’ jidħol mill-ġdid b’mod irregolari fit-territorju tal-imsemmi Stat bi ksur ta’ projbizzjoni fuq id-dħul.

____________

1 ĠU C 292, 1.9.2014.