Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-507/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, aġenti u K. Beal QC)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 94(1)(g), l-Artikolu 94(2) u/jew l-Artikoli 162(1) u (3) tad-Direttiva DRK IV 1 ;

tannulla l-Artikoli 450(1)(d), (i) u/jew (j) u/jew 521(2) tar-Regolament RK 2 ;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew, u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju Unit (iktar ’il quddiem il-“UKˮ) jitlob l-annullament ta’ numru limitat ta’ dispożizzjonijiet ta’ ċerti atti leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUEˮ). Ir-rikors għal annullament jikkonċerna l-“Pakkett DRK-IV”, li daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Lulju 2013. Il-pakkett jikkonsisti f’Direttiva ġdida tar-Rekwiżiti tal-Kapital, id-Direttiva 2013/36/UE; u Regolament ġdid tar-Rekwiżiti tal-Kapital. Il-UK tfittex li tikkontesta ċerti dispożizzjonijiet f’dawk il-miżuri biss, jiġifieri:

L-Artikolu 94(1)(g), l-Artikolu 94(2) u l-Artikoli 162(1) u (3) tad-Direttiva 2013/36/UE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva DRK IVˮ), li kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fis-27 ta’ Ġunju 2013. Skont l-Artikolu 164, id-direttiva daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Lulju 2013.

L-Artikoli 450(1)(d), 450(1)(i), 450(1)(j) u 521(2) tar-Regolament tar-Rekwiżiti tal-Kapital (UE) 575/2013 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament RKˮ). Ir-Regolament RK kien ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fis-27 ta’ Ġunju 2013, iżda daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2013, skont l-Artikolu 521(1). Għandu jiġi implementat mill-1 ta’ Jannar 2014 abbażi tal-Artikolu 521(2).

Permezz tal-atti kkontestati, il-Parlament u l-Kunsill stabbilixxew numru ta’ miżuri li jindirizzaw ir-rimunerazzjoni varjabbli li tista’ bil-permess titħallas lil ċerti impjegati tal-istituzzjonijiet (jiġifieri istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament RK). B’mod partikolari l-Artikolu 94(1)(g) tad-Direttiva DRK IV stabbilixxa limitu fuq ir-rimunerazzjoni varjabbli li tista’ titħallas lill-“persuni li jieħdu riskju materjali”. Dan ġie magħruf b’mod tat-taħdit bħala “limitu fuq il-bonuses tal-bankiera”. Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 94(2) tad-Direttiva DRK IV, il-leġiżlatura tal-UE assenjat lill-Awtorità Bankarja Ewropea (iktar ’il quddiem l-“ABE”) aġenzija stabbilita taħt l-Artikolu 114 TFUE, il-kompitu tad-determinazzjoni tal-kriterji li bihom il-“persuni li jieħdu riskju materjali” jiġu identifikati fi kwalunkwe istituzzjoni partikolari u biex jiġu żviluppati linji gwida dwar rata ta’ skont li tista’ tiġi applikata lir-rimunerazzjoni varjabbli fit-tul. Ladarba jiġu identifikati, l-Artikolu 450 tar-Regolament RK jeħtieġ li l-istituzzjonijiet jippubblikaw ċerti dettalji ta’ dawk is-salarji tal-individwi għat-tagħrif tal-pubbliku. Il-UK isostni li d-dispożizzjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati fuq il-motivi li ġejjin:Id-dispożizzjonijiet ikkontestati għandhom bażi legali inadegwata fit-trattati;Id-dispożizzjonijiet ikkontestati huma sproporzjonati u/jew jonqsu milli jikkonformaw mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;Id-dispożizzjonijiet ikkontestati ddaħħlu fis-seħħ b’mod li jiksru l-prinċipju ta’ ċertezza legali;L-assenjazzjoni ta’ ċerti kompiti lill-ABE u l-għoti ta’ ċerti setgħat lill-Kummissjoni huwa ultra vires;Ir-rekwiżiti ta’ żvelar identifikati fir-Regolament RK jiksru l-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data u l-privatezza taħt il-liġi tal-UE.Sa fejn jinħtieġ li l-Artikolu 94(1)(g) jiġi applikat għall-impjegati tal-istituzzjonijiet barra miż-ŻEE, jikser l-Artikolu 3(5) TUE u l-prinċipju ta’ territorjalità li jinsab fil-liġi konswetudinarja internazzjonali.

____________

____________

1 Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituz

zjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar i

d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, p. 338). Regolament (UE) 575/20

13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta