Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Président de l’Autorité de la concurrence vs Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE), Association Comité économique régional agricole fruits et légumes de Bretagne (Cerafel), Société Fraileg, Société Prim’Santerre, Union des endiviers, Société Soleil du Nord, Comité économique fruits et légumes du Nord de la France (Celfnord), Association des producteurs d’endives de France (APEF), Section nationale de l’endive (SNE), Fédération du commerce de l’endive (FCE), Société France endives, Société Cambrésis Artois-Picardie endives (CAP’Endives), Société Marché de Phalempin, Société Primacoop, Société Coopérative agricole du marais audomarois (Sipema), Société Valois-Fruits, Société Groupe Perle du Nord, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

(Kawża C-671/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Président de l’Autorité de la concurrence

Konvenuti: Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE), Association Comité économique régional agricole fruits et légumes de Bretagne (Cerafel), Société Fraileg, Société Prim’Santerre, Union des endiviers, Société Soleil du Nord, Comité économique fruits et légumes du Nord de la France (Celfnord), Association des producteurs d’endives de France (APEF), Section nationale de l’endive (SNE), Fédération du commerce de l’endive (FCE), Société France endives, Société Cambrésis Artois-Picardie endives (CAP’Endives), Société Marché de Phalempin, Société Primacoop, Société Coopérative agricole du marais audomarois (Sipema), Société Valois-Fruits, Société Groupe Perle du Nord, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

Domandi preliminari

Ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u ta’ organizzazzjonijiet professjonali, li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala antikompetittivi fir-rigward tal-Artikolu 101 TFUR, jistgħu jevitaw il-projbizzjoni prevista minn dan l-artikolu għas-sempliċi fatt li jistgħu jitqiesu bħala missjonijiet iddevoluti lil dawn l-organizzazzjonijiet fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq u dan, minkejja li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mid-derogi ġenerali previsti suċċessivament mill-Artikolu 2 tar-Regolamenti (KEE) Nru 26, tal-4 ta’ April 1962 1 , u (KE) Nru 1184/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006 2 u mill-Artikolu 176 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007 3 ?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 220/1996 4 , 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 5 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li jiffissaw, fost l-għanijiet attribwiti lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, dak li jirregolarizzaw il-prezzijiet għall-produzzjoni u dak li jadattaw il-produzzjoni għad-domanda, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwantità tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li prattiki ta’ ffissar kollettiv ta’ prezz minimu, ta’ ftehim fuq il-kwantitajiet imqiegħda fis-suq jew ta’ skambju ta’ informazzjoni strateġika, implementati minn dawn l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jevitaw il-projbizzjoni tal-akkordji antikompetittivi, inkwantu huma intiżi għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet?

____________

1  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 26, tal-4 ta’ April 1962, li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 1, p. 6)

2  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006, li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (ĠU L 352M, p. 463)

3  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1)

4  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55)

5  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007, tas-26 ta’ Settembru 2007, li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (ĠU L 273, p. 1)