Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Hoteles Pinero Canarias SL vs Keefe (by his litigation friend Eyton)

(Kawża C-491/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hoteles Pi ñ ero Canarias S.L.

Konvenut: Keefe (by his litigation friend Eyton)

Domandi preliminari

Ir-rekwiżit tal-Artikolu 11(3) 1 li jimponi li talba magħmula minn persuna li tkun ġarrbet il-ħsara, kontra min ikollu polza ta’ assigurazzjoni jew kontra dak li jkun assigurat, għandha tinvolvi kwistjoni li tirrigwarda l-assigurazzjoni fis-sens li tqajjem il-kwistjoni dwar il-validità jew l-effett tal-polza ?

L-Artikolu 11(3) jimponi rekwiżit li hemm riskju ta’ sentenzi inkonsistenti jekk ma ssirx is-sejħa fil-kawża tat-terz ?

Il-qorti għandha setgħa diskrezzjonali li tippermetti jew ma tippermettix is-sejħa fil-kawża tat-terz fir-rigward ta’ talba koperta mill-Artikolu 11(3) ?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)