Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Holmen AB
(Kawża C-608/17)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket
Konvenuta: Holmen AB
Domandi preliminari
Id-dritt li jirriżulta minn, fost oħrajn, is-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, EU:C:2005:763), għal kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru li, abbażi tal-Artikolu 49 TFUE, tnaqqas it-telf definittiv ta’ sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, jippreżupponi li s-sussidjarja tkun miżmuma direttament mill-kumpannija parent?
Għandha wkoll titqies bħala definittiva l-parti ta’ telf li, minħabba l-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sussidjarja, ma setgħetx issir tpaċija tagħha mal-profitti mwettqa f’dan l-Istat matul sena partikolari, iżda, minflok, setgħet tiġi posposta sabiex tkun tista’ eventwalment titnaqqas f’sena fil-futur?
Fl-evalwazzjoni ta’ jekk telf huwiex definittiv, għandu jittieħed kont tar-restrizzjonijiet, previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sussidjarja, għall-possibbiltà għal entità li ma hijiex l-istess waħda li sostniet it-telf, li tnaqqas lil dan it-telf?
Jekk għandu jittieħed kont ta’ restrizzjoni bħal dawk imsemmija fit-tielet domanda, għandu jittieħed kont tal-punt sa fejn ir-restrizzjoni effettivament kellha l-konsegwenza li ma setax ikun hemm tpaċija ta’ xi parti kwalunkwe mit-telf mal-profitti mwettqa minn entità oħra?
____________