Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco - Spanja) – Subdelegación del Gobierno en Guipuzkoa - Extranjeria vs Samir Zaizoune

(Kawża C-38/14) 1

Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, f’każ ta’ residenza irregolari, l-impożizzjoni, skont iċ-ċirkustanzi, jew ta’ multa jew ta’ tneħħija

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Subdelegación del Gobierno en Guipuzkoa - Extranjeria

Konvenut: Samir Zaizoune

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8(1) tagħha, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) u (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, f’każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ dak l-Istat, timponi, skont iċ-ċirkustanzi, jew multa jew it-tneħħija, iż-żewġ miżuri jeskludu b’mod reċiproku lil xulxin.