Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fis-7 ta’ Frar 2017 – Saey Home & Garden NV/SA vs Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA

(Kawża C-64/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saey Home & Garden NV/SA

Konvenuta: Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA

Domandi preliminari

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Belġjani, konformement mar-regola bażika tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 1 , inkwantu huwa l-Belġju l-pajjiż fejn ir-rikorrenti għandha s-sede tagħha u fejn effettivament hija ddomiċiljata?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u peress li kien fil-Portugall li l-obbligi reċiproċi ta’ dan il-kuntratt kellhom jiġu osservati?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u peress li kien fi Spanja li l-obbligi reċiproċi ta’ dan il-kuntratt kellhom jiġu osservati?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, jinqasam f’multitudni ta’ kuntratti ta’ xiri u bejgħ u l-beni kollha mibjugħa għandhom ikunu ġew ikkunsinnati fil-Portugall, bħal ma kien sar f’kunsinna mwettqa fil-21/1/2014?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Belġjani, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, jinqasam f’multitudni ta’ kuntratti ta’ xiri u bejgħ u l-beni kollha mibjugħa kienu ġew ikkunsinnati mir-rikorrenti lill-konvenuta fil-Belġju?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, jinqasam f’multitudni ta’ kuntratti ta’ xiri u bejgħ, fejn il-beni kollha kienu intiżi li jiġu kkunsinnati lejn Spanja u kienu jirrigwardaw tranżazzjonijiet imwettqa fi Spanja?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, tirriżulta fi provvista ta’ servizzi mill-konvenuta lir-rikorrenti, fejn b’hekk il-konvenuta tiffavorixxi tranżazzjonijiet li indirettament jinteressaw lir-rikorrenti?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, tirriżulta fi provvista ta’ servizzi mill-konvenuta lir-rikorrenti, fejn b’hekk il-konvenuta tiffavorixxi tranżazzjonijiet li indirettament jinteressaw lir-rikorrenti permezz ta’ attività eżerċitata fi Spanja?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u l-fatt li t-tilwima bejn il-konvenuta u r-rikorrenti għandha tiġi pparagunata ma’ tilwima bejn mandatarju (jiġifieri “konċessjonarju”) u aġent li jinsab fil-Portugall?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u l-fatt li t-tilwima bejn il-konvenuta u r-rikorrenti għandha tiġi pparagunata ma’ tilwima bejn mandatarju (jiġifieri “konċessjonarju”) u aġent li għandu jitqies li kien jinsab fi Spanja, inkwantu huwa f’dan il-pajjiż li l-aġent għandu jwettaq l-obbligu kuntrattwali tiegħu?

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Belġjani, b’mod speċifiku f’qorti ta’ Kortrijk, konformement mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], ladarba fil-punt 20 tal-kundizzjonijiet ġenerali li għalihom kien suġġett il-bejgħ kollu mir-rikorrenti lejn il-konvenuta, huma kienu ftehmu dwar ġurisdizzjoni, bil-miktub u b’validità sħiħa quddiem il-liġi Belġjana, li bih “any dispute of any nature whatsoever shall be the exclusive jurisdiction of the courts of Kortrijk”?

Taħt id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 2 sa 7 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], l-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi ġaladarba l-elementi prinċipali ta’ rabta tar-relazzjoni kuntrattwali stabbilita bejn il-konvenuta u r-rikorrenti jinsabu fit-territorju u fl-ordinament ġuridiku tal-Portugall?

Taħt id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 2 sa 7 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], l-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli ġaladarba l-elementi prinċipali ta’ rabta tar-relazzjoni kuntrattwali stabbilita bejn il-konvenuta u r-rikorrenti jinsabu fit-territorju u fl-ordinament ġuridiku ta’ Spanja?

____________

1 Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).