Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Frar 2013 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-483/10)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Żvilupp ta' ferroviji Komunitarji - Direttiva 2001/14/KE - Allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja - Impożizzjoni tat-tariffi - Tariffi - Indipendenza tal-amministrazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tas-Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u B. Plaza Cruz, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u M. Perrot, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 10(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), u tal-Artikoli 4(1), 11, 13(2), 14(1) u 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404) - Tariffi - Indipendenza tal-amministrazzjoni

Dispożittiv

Billi ma adottax miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 4(1), 11, 13(2) u 14(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2007, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.