Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - L-Isvizzera vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-319/05) 1

"Relazzjonijiet barranin - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru - Miżuri Ġermaniżi dwar l-approċċi lejn l-ajruport ta' Zurich - Regolament (KEE) Nru 2408/92 - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta' proporzjonalità"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Konfederazzjoni Svizzera (rappreżentanti: S. Hirsbrunner, U. Soltész u P. Melcher, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Benyon, M. Huttunen u M. Niejahr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C.-D. Quassowski u A. Tiemann, aġenti, assistiti minn T. Masing, avukat); u Landkreis Waldshut (rappreżentant: M. Núñez-Müller, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/12/KE, tal-5 ta' Diċembru 2003, dwar l-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 18(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (Każ TREN/AMA/11/03 - Miżuri Ġermaniżi dwar l-approċċi lejn l-ajruport ta' Zurich) (ĠU 2004, L 4, p. 13).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Konfederazzjoni Svizzera hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Landkreis Waldshut għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 94, 17.04.2004 (li kienet Kawża C-70/04)