Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ April 2015 – Ciclat Soc. Coop. vs Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

(Kawża C-199/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ciclat Soc. Coop.

Konvenuti: Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

Domanda preliminari

L-Artikolu 45 tad-Direttiva 18/2004 1 , interpretat ukoll fid-dawl tal-prinċipju ta’ raġonevolezza, kif ukoll l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tkun ’il fuq mil-livell ta’ rilevanza, li ċ-ċertifikat maħruġ mill-organi ta’ sigurtà soċjali (DURC) jintalab ex officio u li obbliga lill-awtorità kontraenti tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni ċertifikat li juri nuqqqas ta’ ħlas preċedenti ta’ kontribuzzjonijiet soċjali, li kien speċifikament jeżisti fil-mument tal-parteċipazzjoni, għalkemm l-operatur ekonomiku – li pparteċipa abbażi ta’ DURC pożittiv li kien għadu validu – ma kienx jaf dwaru u li fi kwalunkwe każ ma kienx għadu jeżisti fil-mument tal-għoti jew tal-istħarriġ ex officio?

____________

1 Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).