Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Avon Cosmetics Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-305/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Avon Cosmetics Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

Meta bejjiegħ dirett ibiegħ oġġetti (iktar ʼil quddiem “għajnuna għal bejgħ”) lil bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati jew il-bejjiegħ mill-ġdid mhux irreġistrat jixtri oġġetti u servizzi minn terzi (iktar ʼil quddiem “oġġetti u servizzi ta’ terzi”) li fiż-żewġ każijiet huma użati mill-bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati sabiex jassistu l-attività ekonomika tagħhom ta’ bejgħ ta’ oġġetti oħra li huma wkoll mixtrija mill-bejjiegħ dirett u huma s-suġġett ta’ ftehimiet amministrattivi maħruġa skont deroga awtorizzata l-iktar reċenti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 1989 (89/534/KEE 1 ) (iktar ʼil quddiem id-“deroga”), l-awtorizzazzjonijiet rilevanti, li jimplementaw leġiżlazzjoni jew ftehimiet amministrattivi imorru kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti u/jew il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea sa fejn jirrikjedu li l-bejjiegħ dirett jikkalkola t-taxxa tal-output fuq il-prezz tal-bejgħ tal-oġġetti l-oħra tal-bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati mingħajr ebda tnaqqis għall-VAT sostnuta mill-bejjiegħ mill-ġdid mhux irreġistrat fuq tali għajnuna għal bejgħ u/jew oġġetti u servizzi ta’ terzi?

Ir-Renju Unit għandu xi obbligu li jinforma lill-Kummissjoni, meta jitlob awtorizzazzjoni mill-Kunsill għad-deroga, li bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati sostnew il-VAT fuq ix-xiri ta’ għajnuna għal bejgħ u/jew ta’ oġġetti u servizzi ta’ terzi użati għall-finijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom u li, għaldaqstant, ftehim li jirrifletti din il-taxxa tal-input li ma tistax tiġi rkuprata, jew it-taxxa tal-output mħallsa indebitament, għandu jkun previst fid-deroga?

Fil-każ li r-risposta għad-domandi 1 u/jew 2 iktar ʼil fuq hija fl-affermattiv:

Xi waħda mill-awtorizzazzjonijiet rilevanti, il-leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni amministrattiva jew il-ftehimiet amministrattivi jistgħu u għandhom jiġu interpretati billi tittieħed inkunsiderazzjoni (i) il-VAT li ma tistax tiġi rkuprata fuq għajnuna għal bejgħ jew fuq oġġetti u servizzi ta’ terzi sostnuta minn bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati u użati minnhom għall-finijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom; JEW (ii) il-VAT li taqbeż it-taxxa evitata li tinġabar minn Her Majesty’s Revenue & Customs JEW (iii) il-kompetizzjoni potenzjalment żleali li tqum bejn bejjiegħa diretti, il-bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati tagħhom u n-negozji ta’ bejgħ mhux dirett?

L-awtorizzazzjoni tad-deroga tar-Renju Unit mill-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva kienet illegali?

deroga mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva hija meħtieġa flimkien mad-deroga mill-Artikolu 11A(1)(a)? Jekk iva, ir-Renju Unit aġixxa illegalment meta naqas li jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li jawtorizzawh sabiex jidderoga mill-Artikolu 17?

ir-Renju Unit qed jaġixxi illegalment billi jonqos li jamministra l-VAT b’tali mod li jħalli bejjiegħa diretti jitolbu kreditu għall-VAT sostnuta minn bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati għall-finijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fir-rigward tal-għajnuna għal bejgħ jew tal-oġġetti u servizzi ta’ terzi?

iv)    l-awtorizzazzjonijiet rilevanti, il-leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni jew il-ftehimiet amministrattivi huma kollha jew parzjalment invalidi u/jew illegali?

Ir-rimedju xieraq għandu jkun, min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew min-naħa tal-qorti nazzjonali:

deċiżjoni li tobbliga lill-Istat Membru li jagħti effett lid-deroga fid-dritt nazzjonali billi jipprevedi ftehik xieraq għal dak li jirrigwarda (a) il-VAT li ma tistax tiġi rkuprata fuq għajnuna għal bejgħ jew fuq oġġetti u servizzi ta’ terzi sostnuta minn bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati u użati minnhom għall-finijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom; JEW (ii) il-VAT li taqbeż it-taxxa evitata li tinġabar minn Her Majesty’s Revenue & Customs JEW (iii) il-kompetizzjoni potenzjalment żleali li tqum bejn bejjiegħa diretti, il-bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati tagħhom u n-negozji ta’ bejgħ mhux dirett; jew

dikjarazzjoni li l-awtorizzazzjoni għad-deroga, u b’hekk id-deroga stess, hija invalida; jew

dikjarazzjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali hija invalida; jew

dikjarazzjoni li l-avviż ta’ deċiżjoni hija invalida; jew

dikjarazzjoni li r-Renju Unit huwa obbligat japplika għal awtorizzazzjoni għal deroga ulterjuri sabiex jipprevedi aġġustament xieraq għal dak li jirrigwarda (a) il-VAT li ma tistax tiġi rkuprata fuq għajnuna għal bejgħ jew fuq oġġetti u servizzi ta’ terzi sostnuta minn bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati u użati minnhom għall-finijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom; JEW (ii) il-VAT li taqbeż it-taxxa evitata li tinġabar minn Her Majesty’s Revenue & Customs jew (iii) il-kompetizzjoni potenzjalment żleali li tqum bejn bejjiegħa diretti, il-bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati tagħhom u n-negozji ta’ bejgħ mhux dirett?

4.    Skont l-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva (Artikolu 395 tad-direttiva prinċipali tal-VAT), it-“[taxxa] evaż[a] [... ] jew evitat[a]” għandha tiġi kkwantifikata bħala t-telf nett mit-taxxa (billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm it-taxxa tal-output imħallsa kif ukoll it-taxxa tal-input li tista’ tiġi rkuprata fil-kuntest li jagħti lok għat-taxxa evaża jew evitata) lill-Istat Membru jew it-telf gross mit-taxxa (billi tittieħed inkunsiderazzjoni biss it-taxxa tal-output fil-kuntest li jagħti lok għat-taxxa evaża jew evitata) lill-Istat Membru?

____________

1 Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-24 ta’ Mejju 1989, li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex japplika, fir-rigward ta’ ċerti provvisti lil bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati, miżura li tidderoga mill-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 280, p. 54)