Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 — Sergejs Buivids

(Kawża C-345/17)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sergejs Buivids

Konvenuta: Datu valsts inspekcija

Domandi preliminari

L-azzjonijiet bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża (li jinġibdu filmati ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali u l-pubblikazzjoni tal-vidjo hekk irreġistrat fis-sit internet www.youtube.com) jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 1 ?

Id-Direttiva 95/46 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-azzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jistgħu jitqiesu bħala trattament ta’ data ta’ natura personali għall-finijiet tal-ġurnaliżmu fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva?

____________

1 Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).