Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-1 ta’ Marzu 2017 – Raoul Thybaut, Johnny De Coster, Frédéric Romain vs Région wallonne

(Kawża C-160/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raoul Thybaut, Johnny De Coster, Frédéric Romain

Konvenuta: Région wallonne

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ pjan jew ta’ programm jinkludi perimetru previst minn dispożizzjoni ta’ natura leġiżlattiva u adottat minn awtorità reġjonali:

li l-uniku għan tiegħu huwa li tiġi ddeterminata d-delimitazzjoni ta’ żona ġeografika li tista’ tintuża għat-twettiq ta’ proġett ta’ żvilupp urban, filwaqt li dan il-proġett, li għandu jfittex li jilħaq għan determinat – f’dan il-każ, il-klassifikazzjoni mill-ġdid u l-iżvilupp ta’ funzjonijiet urbani u li jeħtieġ il-ħolqien, il-modifika, it-tkabbir, l-eliminazzjoni jew l-elevazzjoni tat-toroq u tal-ispazji pubbliċi –, jiġġustifika l-adozzjoni tal-perimetru, li timplika għalhekk l-aċċettazzjoni tal-prinċipju tiegħu, iżda li fir-rigward tiegħu għad irid jinħareġ permess li jietieġ evalwazzjoni tal-effetti; u

li għandu bħala effett, mill-perspettiva proċedurali, li l-applikazzjonijiet għal permess għal atti jew għal xogħlijiet f’dan il-perimetru jgawdu minn proċedura derogatorja, filwaqt li r-regoli tal-ippjanar applikabbli għall-artijiet ikkonċernati qabel l-adozzjoni tal-perimetru jibqgħu applikabbli, iżda din il-proċedura jista’ jkollha l-benefiċċju li tippermetti l-kisba b’mod iktar faċli ta’ deroga minn dawn ir-regoli;

u li jibbenefika minn preżunzjoni ta’ utilità pubblika għat-twettiq ta’ esproprjazzjonijiet fil-kuntest tal-plan ta’ esproprjazzjoni anness miegħu?

____________