Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI - Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMART)

(Każ T-488/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrentiTrade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY SMART” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 431 091Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1734/2014-2Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________