Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – European Social Enterprise Law Association vs EUIPO (EUROPEAN SOCIAL ENTERPRISE LAW ASSOCIATION)

(Kawża T-353/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Social Enterprise Law Association (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Fletcher, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: reġistrazzjoni trade mark verbali tal-Unjoni “EUROPEAN SOCIAL ENTERPRISE LAW ASSOCIATION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 062 129

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2016 fil-Każ R 2208/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________