Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Falck Rettungsdienste GmbH, Falck A/S vs Stadt Solingen

(Kawża C-465/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Falck Rettungsdienste GmbH, Falck A/S

Konvenut: Stadt Solingen

Partijiet oħra fil-proċedura: Arbeiter-Samariter-Bund Regionalverband Bergisch Land e.V., Malteser Hilfsdienst e.V., Deutsches Rotes Kreuz, Kreisverband Solingen e.V.

Domandi preliminari

1.    Il-kura u t-trattament ta’ pazjenti f’sitwazzjoni ta’ emerġenza f’ambulanza minn tekniku mediku/paramediku u l-kura u t-trattament ta’ pazjenti f’ambulanza għat-trasport tal-pazjenti minn paramediku/assistant mediku jikkostitwixxu “id-difiża ċivili, il-protezzjoni ċivili, u s-servizzi ta’ prevenzjoni tal-perikoli” fis-sens tal-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE 1 li jaqgħu taħt is-CPV (il-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi) kodiċijiet 75252000-7 (servizzi ta’ salvataġġ) u 85143000-3 (servizzi tal-ambulanzi)?

2.    L-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE jista’ jinftiehem fis-sens li “organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ” jinkludu, b’mod partikolari, organizzazzjonijiet ta’ għajnuna li huma rrikonoxxuti taħt id-dritt nazzjonali bħala organizzazzjonijiet ta’ difiża ċivili u ta’ protezzjoni ċivili?

3.    L-“organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ” fis-sens tal-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE huma dawk li għandhom l-għan li jassumu missjonijiet ta’ servizz pubbliku, li ma joperawx bi skop li jagħmlu qligħ u li jinvestu mill-ġdid kwalunkwe qligħ sabiex jilħqu l-għan tal-organizzazzjoni?

4.    It-trasport ta’ pazjent f’ambulanza waqt li jkun qiegħed jingħata kura minn paramediku/assistent mediku (hekk imsejjaħ transport ta’ pazjent ikkwalifikat) huwa “servizz[i] tat-trasport tal-pazjenti bl-ambulanzi” fis-sens tal-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE, li ma huwiex kopert mill-eċċezzjoni u li għalih tapplika d-Direttiva 2014/24/UE?

____________

1 Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014 L 94, p. 65).