Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Sfera ta’ lewn ikħal)

(Kawża T-626/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter and C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talba

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 169/2014-5.Motivi u argumenti prinċipaliTrade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark figurattiva li tirrappreżenta sfera ta’ lewn ikħal għal oġġetti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 737 483Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.