Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta' Mejju 2012 - Sky Italia Srl vs AGCOM

(Kawża C-234/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky Italia Srl

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM)

Domandi preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13/UE , il-prinċipju ġenerali ta' ugwaljanza u r-regoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-moviment liberu tas-servizzi, tad-dritt ta' stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005, li jimponi limiti ta' ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta' xandara bi ħlas meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-konfront ta' xandara mingħajr ħlas?

L-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-prinċipju tal-pluraliżmu, jipprekludi d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005 li jimponi limiti ta' ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta' xandara bi ħlas meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-konfront ta' xandara mingħajr ħlas, billi jintroduċu distorsjoni tal-kompetizzjoni u billi jiffavorixxu l-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjonijiet dominanti fis-suq tar-reklamar televiżiv?

____________

1 - GU L 95, p. 1.