Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Cesare Serinelli et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri et

(Kawża C-79/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cesare Serinelli, Cosimo Antonio Palma, Maria Monico, Cosimo Miglietta, Mariano Luigi Mariano, Elena Russo, Galeana Miglietta, Pasqualina Cretì, Francesco D’Arpe, Antonietta Spalluto, Francesca Leo, Giovanna Malatesta, Vincenzo Conte, Luigi Ampolo, Raffaele Fasiello, Maria Miccoli, Anna Leone, Oronzo Maiorano, Antonio Rampino, Raffaele Tommasi, Fernando Elia

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Presidenza del Consiglio dei Ministri - Dipartimento della Protezione Civile, Commissario delegato OCDPC n. 225/2015, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Regione Puglia

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2000/29/KE 1 , kif sussegwentement ikkompletata u emendata, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 11(3), 13c(7), 16(1), (2), (3) u (5) kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ loġika u ta’ raġuni, jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/7892 , kif implementat fid-dritt Taljan permezz tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali (ministeru tal-politika agrikola, tal-ikel u tal-foresti) sa fejn jimponi t-tneħħija immedjata, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li kienu s-suġġett ta’ analiżi li żvelat infezzjoni mill-organiżmu indikat, ta’ pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, u sa fejn jipprevedi simultanjament li qabel ma jitneħħew il-pjanti elenkati fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu japplika t-trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-vetturi tal-organiżmu indikat għall-pjanti li jistgħu jabritaw dawn il-vetturi, liema trattamenti jistgħu jinkludu, fejn hemm lok, it-tneħħija tal-pjanti?

Id-Direttiva 2000/29/KE, kif sussegwentement ikkompletata u emendata, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 16(1) tagħha, bl-espressjoni “l-miżuri [...] meħtieġa biex jeradika, jew jekk dan ikun impossibbli, inaqqas il-firxa ta’ l-organiżmi ta’ ħsara” tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, kif implementat fid-dritt Taljan permezz tal-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali sa fejn jipprovdi t-tneħħija immedjata tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li kienu s-suġġett ta’ analiżi li żvelat infezzjoni?

L-Artikolu 16(1), (2), (3) u (5) tad-Direttiva 2000/29/KE kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ loġika u tal-osservanza ta’ regoli ta’ proċedura, jipprekludu interrpetazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, kif implementat fid-dritt Taljan permezz tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali, fis-sens li l-miżura ta’ eradikazzjoni prevista fil-paragrafu 2 tista’ tiġi imposta qabel u indipendentement mill-applikazzjoni preventiva tad-dispożizzjonijiet previsti mill-paragrafi 3 u 4 tal-istess Artikolu 6?

Il-prinċipji ta’ prekawzjoni, ta’ adegwatezza u ta’ proporzjonalità jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2), (3) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, kif implementat fil-liġi Taljana permezz tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali sa fejn jimponi miżuri ta’ eradikazzjoni ta’ pjanti ospitanti, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li rriżulta li huma infettati mill-organiżmu “Xylella fastidiosa (Wells et al.)”, mingħajr ġustifikazzjoni xjentifika xierqa li tattesta b’ċertezza l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-preżenza tal-organiżmu u t-tnixxif tal-pjanti meqjusa bħala infettati?

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE] jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, sa fejn jipprovdi t-tneħħija immedjata tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li kienu s-suġġett ta’ analiżi li żvelat infezzjoni, sa fejn ma huwiex suffiċjentement motivat?

Il-prinċipji ta’ adegwatezza u ta’ proporzjonalità jipprekludu l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789 kif implementata fid-dritt Taljan permezz tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali, li tipprevedi miżuri ta’ tneħħija tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, tal-pjanti li l-infezzjoni tagħhom mill-organiżmu speċifikat hija magħrufa u tal-pjanti li għandhom sintomi ta’ infezzjoni possibbilment mill-organiżmu “Xylella fastidiosa (Wells et al.)”, jew li huma ssuspettati li huma infettati minn dan l-organiżmu, mingħajr ma tipprevedi ebda forma ta’ kumpens favur proprjetarji mhux responsabbli għat-tixrid tal-organiżmu inkwistjoni?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, tat-8 ta’ Mejju 2000, dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 258)

2 Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36).