Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Germanwings GmbH

(Kawża C-330/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V.

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

In-nollijiet tal-ajru għas-servizzi tal-ajru intra-Komunitarji li għandhom jiġu speċifikati skont it-tieni u t-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 1 , għandhom jiġu indikati f’valuta partikolari, sa fejn dawn ma humiex espressi f’euro?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermettiv għall-ewwel domanda:

F’liema valuta nazzjonali jistgħu n-nollijiet imsemmija fl-Artikolu 2(18) u fit-tieni u fit-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 jiġu indikati, meta trasportatur tal-ajru stabbilit fi Stat Membru (f’dan il-każ il-Ġermanja) jippromwovi u joffri lil konsumatur fuq l-internet servizz tal-ajru li l-post ta’ tluq tiegħu jinsab fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ ir-Renju Unit)?

Il-fatt li, f’dan il-kuntest, it-trasportatur tal-ajru juża għall-offerta indirizz tal-internet b’domain tal-ogħla livell speċifiku għal pajjiż (www.germanwings.de fil-każ ineżami), li jirreferi għall-Istat Membru tas-sede tiegħu, u li l-konsumatur ikun jinsab f’dan l-Istat Membru huwa determinanti?

Huwa sinjifikattiv il-fatt li t-trasportaturi tal-ajru kollha jew il-maġġoranza kbira ħafna tagħhom jindikaw in-nollijiet inkwistjoni fil-valuta nazzjonali fis-seħħ fil-post tat-tluq?

____________

1 Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, p. 3).