Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-1 ta’ Ġunju 2017 – Martina Sciotto vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma

(Kawża C-331/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Martina Sciotto

Konvenuta: Fondazione Teatro dell’Opera di Roma

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni Ewropea (b’mod partikolari l-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP 1 ) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (jiġifieri l-Artikolu 3(6) tad-Digriet-Liġi Nru 64, tat-30 ta’ April 2010, ikkonvertit, b’emendi, fil-Liġi Nru 100, tad-29 ta’ Ġunju 2010) li, sa fejn hija ma tissuġġettax, b’mod ġenerali, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat tal-impjegati mal-fondazzjonijiet operistiċi u orkestrali għar-regola li tipprevedi li l-forma ordinarja tar-relazzjoni ta’ xogħol għandha tkun dik tax-xogħol għal zmien indeterminat, għandha tiġi interpretata fis-sens ta’ liberalizzazzjoni totali ta’ dawn ir-relazzjonijiet, mingħajr ma jkunu previsti, anki fil-każ ta’ tiġdid għal iktar minn tliet snin (jew kull perijodu ieħor), miżuri ta’ konverżjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol (stabilizzazzjoni) u/jew ta’ kumpens għad-danni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.