Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Linköping – l-Isvezja) – Ålands Vindkraft AB vs Energimyndigheten

(Kawża C-573/12) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skemi nazzjonali ta’ għajnuna li jipprovdu għall-għoti ta’ ċertifikati ħodor negozjabbli għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Obbligu għall-fornituri tal-elettriku u għal ċerti utenti li kull sena jirrestitwixxu ċerta kwota ta’ ċertifikati ħodor lill-awtorità kompetenti – Rifjut li jingħataw ċertifikati ħodor għall-installazzjonijiet ta’ produzzjoni li jinsabu barra mill-Istat Membru kkonċernat – Direttiva 2009/28/KE – Punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 u Artikolu 3(3) – Moviment liberu tal-merkanzija – Artikolu 34 TFUE)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Linköpin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ålands Vindkraft AB

Konvenuta: Energimyndigheten

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lil Stat Membru jistabbilixxi skema ta’ għajnuna bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi għall-għoti ta’ ċertifikati negozjabbli lill-produtturi ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli billi jiġi kkunsidrat biss l-elettriku prodott minn dawn is-sorsi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li tissuġġetta lill-fornituri u lil ċerti utenti tal-elettriku għal obbligu li kull sena jissottomettu, lill-awtorità kompetenti, ċerta kwantità ta’ tali ċertifikati li tikkorrispondi għal sehem partikolari mit-total tal-kunsinni jew tal-użu tagħhom ta’ elettriku.L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi għall-għoti ta’ ċertifikati negozjabbli lill-produtturi ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli billi jiġi kkunsidrat biss l-elettriku prodott minn dawn is-sorsi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u li tissuġġetta lill-fornituri u lil ċerti utenti tal-elettriku għal obbligu li kull sena jissottomettu, lill-awtorità kompetenti, ċerta kwantità ta’ tali ċertifikati li tikkorrispondi għal sehem partikolari mit-total tal-kunsinni jew tal-użu tagħhom ta’ elettriku taħt piena li jkollhom iħallsu tariffa speċifika.Hija l-qorti

nazzjonali li għandha tivverifika, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha li jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-kuntest leġiżlattiv tad-dritt tal-Unjoni li tifforma parti minnu l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk, ikkunsidrata mill-perspettiva tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħha, l-imsemmija leġiżlazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ ċertezza legali.