Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-234/12) 1

(Xandir televiżiv – Direttiva 2010/13/UE – Artikoli 4(1) u 23(1) – Reklami – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għax-xandir bi ħlas perċentwali massima ta’ trażmissjoni li tista’ tkun iddedikata għar-reklamar inqas minn dik ipprovduta għax-xandir bla ħlas – Ugwaljanza fit-trattament – Libertà li jiġu pprovduti servizzi)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky Italia Srl

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

fil-preżenza ta’: Reti Televisive Italiane (RTI) SpA, Maria Iaccarino,

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio - Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, p. 1) - Interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 56 u 63 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 10 tal-KEDB kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Perċentwali massima ta’ trażmissjoni li tista’ tkun iddedikata għar-reklamar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għax-xandir bi ħlas perċentwali massima inqas minn dik ipprovduta għax-xandara l-oħra

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-Artikolu 56 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas minn dawk stabbiliti għal xandir bla ħlas, sa fejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa osservat, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

____________

1 ĠU C 217, 21.07.2012.