Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Stadtwerke Delmenhorst GmbH vs Manfred Bleckwehl

(Kawża C-309/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadtwerke Delmenhorst GmbH

Konvenut: Manfred Bleckwehl

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(3) moqri flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ informazzjoni diretta u fi żmien xieraq, lill-konsumaturi tal-gass, rigward il-kundizzjonijiet, ir-raġunijiet u l-portata ta’ modifika imminenti fit-tariffi għall-provvista tal-gass jipprekludi l-effettività ta’ tali modifika?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

L-Artikolu 3(3) moqri flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55 japplika direttament, mill-1 ta’ Lulju 2004, għal impriża ta’ provvista rregolata mid-dritt privat (GmbH Ġermaniża), għaliex l-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva huma inkundizzjonati, u għaldaqstant applikabbli mingħajr ebda att ieħor ta’ traspożizzjoni, u jagħtu liċ-ċittadin drittijiet fil-konfront ta’ organizzazzjoni li, minkejja li hija rregolata mid-dritt privat, hija kkontrollata mill-Istat, li huwa l-uniku detentur tal-azzjonijiet tagħha?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.