Language of document :

Appell ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2012 minn Telefónica S.A. u Telefónica de España, S.A.U. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-29 ta' Marzu 2012 fil-Kawża T-336/07, Telefónica y Telefónica de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-295/12 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Telefónica S.A. u Telefónica de España, S.A.U. (rappreżentanti: F. González Díaz u J. Baño Fos, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, France Telecom España, S.A., Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc Consumo) u European Competitive Telecommunications Association

Talbiet tal-appellanti

Prinċiplament

tannulla, totalment jew parzjalment, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 fil-Kawża T-336/07, Telefónica S.A. u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni;

abbażi tal-elementi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, tannulla, totalment jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta' Lulju 2007 fil-Każ COMP/38.784 - Wanadoo España vs Telefónica;

tannulla jew tnaqqas il-multa skont l-Artikolu 261 TFUE;

tannulla jew tnaqqas il-multa minħabba d-dewmien mhux ġustifikat tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-intervenjenti għall-ispejjeż kemm ta' dawn il-proċeduri kif ukoll dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Sussidjarjament, jekk l-istat tal-proċeduri ma jippermettix dan

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fid-dawl tal-kwistjonijiet ta' dritt deċiżi mill-Qorti Ġenerali;

tannulla jew tnaqqas il-multa skont l-Artikolu 261 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni kif ukoll lill-intervenjenti għall-ispejjez kemm ta' dawn il-proċedimenti kif ukoll dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Fi kwalunkwe każ

tawtorizza, skont l-Artikolu 15 TFUE, l-aċċess għat-traskrizzjoni litterali jew ir-reġistrazzjoni tas-seduta li nżammet quddiem il-Qorti Ġenerali fit-23 ta' Mejju 2011, kif ukoll li tinżamm seduta.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet:

Ksur tad-drittijiet ta' difiża ta' Telefónica, minħabba:

d-dewmien sproporzjonat tal-proċeduri.

li ċaħdet allegazzjonijiet sostnuti mill-annessi.

li ċaħdet allegazzjoniet fir-rigward tan-natura mhux indispensabbli tal-konnessjonijiet bħala fatt relevanti fid-determinazzjoni tal-effetti tal-aġir ta' Telefónica.

li laqgħet fatti ġodda li ma jinsabux fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

Żball ta' liġi fid-definizzjoni tas-swieq bl-ingrossa inkwistjoni.

Żball ta' liġi fl-evalwazzjoni tal-allegata pożizzjoni dominanti ta' Telefónica.

Żball ta' liġi u ksur tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani billi ppermettiet interferenza fid-dritt ta' proprjetà ta' Telefónica fuq konnessjoni mhux indispensabbli.

Żball ta' liġi u żnaturament manifest tal-fatti fl-evalwazzjoni tal-abbuż u l-allegati effetti tagħha fuq il-kompetizzjoni fir-rigward ta':

l-għażla tal-konnessjonijiet bl-ingrossa.

l-analiżi tal-flussi finanzjarji attwalizzati.

l-analiżi perijodu b'perijodu.

l-effetti probabbli jew konkreti tal-aġir.

Żball ta' liġi fl-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ultra vires tad-dritt mill-Kummissjoni u l-ksur tal-prinċipji ta' sussidjarjetà, ta' proporzjonalità, ta' ċertezza legali, ta' kooperazzjoni leali u ta' amministrazzjoni tajba.

Ksur tal-prinċipju ta' ċertezza legali fid-definizzjoni tar-rata legali u żball ta' liġi fl-evalwazzjoni tan-natura intenzjonali jew negliġenti tal-aġir ta' Telefónica.

Żball ta' liġi u żnaturament manifest tal-fatti fil-kalkolu tal-ammont tal-multa, inter alia, meta

kkwalifikat l-aġir bħala ksur gravi ħafna;

evalwat il-ksur tal-prinċipji ta' ugwaljanza fit-trattament, ta' proporzjonalità u ta' individwalizzazzjoni tal-pieni; u

ma osservatx l-obbligu ta' motivazzjoni tagħha.

Ksur tal-Artikolu 229 TKE (li sar l-Artikolu 261 TFUE).

____________