Language of document : ECLI:EU:T:2013:535





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2013 – TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑275/11)

“Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Għajnuna prevista mill-awtoritajiet Franċiżi favur France Télévisions — Sussidju baġitarju annwali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Artikolu 106(2) TFUE — Rabta vinkolanti bejn taxxa u miżura ta’ għajnuna”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxi li jikkostitwixxu metodu ta’ finanzjament ta’ miżura ta’ għajnuna — Assenza ta’ rabta kawżali vinkolanti bejn it-taxxa u l-finanzjament tal-għajnuna kkonċernata — Esklużjoni (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 41-44, 47, 57, 69, 81, 86)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Dikjarazzjoni astratta — Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 94-99, 113)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 104-109)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti — Obbligi ta’ min iressaq it-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64(3)(d), u (4)) (ara l-punti 115-120)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża — Esklużjoni — Kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark (Artikolu 106(2), TFUE u 107(1), TFUE) (ara l-punti 124-128)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża — Distinzjoni bejn it-test Altmark, maħsub sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ għajnuna, u t-test tal-Artikolu 106(2) TFUE, li jippermetti li tiġi stabbilita l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq interna (Artikoli 106(2), TFUE u 107(1), TFUE) (ara l-punt 129)

7.                     Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Issuġġettar għar-regoli tat-trattat — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-finanzjament Statali mas-suq komuni — Evalwazzjoni fid-dawl tal-ispiża sostnuta mill-impriża sabiex jiġi żgurat is-servizz, indipendentement mill-effikaċja ekonomika ta’ dan tal-aħħar (Artikolu 106(2), TFUE) (ara l-punti 130-134, 138, 139, 153)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/140/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 27/09 (ex N 34/B/09) sussidju baġitarju għal France Télévisions li r-Repubblika Franċiża tipprevedi li timplementa favur France Télévisions (ĠU 2011, L 59, p. 44).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Télévision française 1 (TFI) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u France Télévisions.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.