Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Novembru 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli, Corte costituzionale - l-Italja) – Raffaella Mascolo (C-22/13), Alba Forni (C-61/13), Immacolata Racca (C-62/13) vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca, Fortuna Russo vs Comune di Napoli (C-63/13), Carla Napolitano, Salvatore Pe

ettur pubbliku – Supplenti għal pożizzjonijiet vakanti u disponibbli fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni – Klawżola 5(1) – Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat – Kunċett ta’ ‘raġunijiet oġġettivi’ li jiġġustifikaw tali kuntratti – Sanzjonijiet – Projbizzjoni ta’ bidla f’relazzjoni ta’ xogħol għal

8/13)  (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat – Tagħlim – Settur pubbliku – Supplenti għal pożizzjonijiet vakanti u disponibbli fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni – Klawżola 5(1) – Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat – Kunċett ta’ ‘raġunijiet oġġettivi’ li jiġġustifikaw tali kuntratti – Sanzjonijiet – Projbizzjoni ta’ bidla f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat – Assenza ta’ dritt għall-kumpens għad

-danni)Lingwa tal-kawża: it

-TaljanQorti tar-

rinvijuTribunale di Napoli, Corte costitu

zionalePartijiet fil-kawża pri

nċipaliRikorrenti: Raffaella Mascolo (C-22/13), Alba Forni (C-61/13), Immacolata Racca (C-62/13), Fortuna Russo (C-63/13), Carla Napolitano, Salvatore Perrella, Gaetano Romano, Donatella Cittadino, Gemma Zangari (C-

418/13)Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (C-22/13, C-61/13, C-62/13), Comune di Napoli (C-63/13), Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (C-

418/13)fil-preżenza ta’: Federazione Gilda-Unams, Federazione Lavoratori della Conoscenza (FLC CGIL), Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), C-22/13, C-61/13 sa C-62/13DispożittivIl-Klawżola 5(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tawtorizza, fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ għalliema permanenti ta’ skejjel amministrati mill-Istat, it-tiġdid ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti u disponibbli ta’ għalliema kif ukoll ta’ persunal amministrattiv, tekniku u awżiljarju, mingħajr ma tindika termini preċiżi għat-tmiem ta’ dawn il-kompetizzjonijiet u billi teskludi kull possibbiltà, għal dawn l-għalliema u għall-imsemmi persunal, li jiksbu kumpens għad-dannu eventwalment imġarrab minħabba tali tiġdid. Fil-fatt, jidher li din il-leġiżlazzjoni, bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qrati tar-rinviju, minn naħa, ma tippermettix li jiġu identifikati kriterji oġġettivi u trasparenti sabiex jiġi vverifikat jekk it-tiġdid tal-imsemmija kuntratti jissodisfax effettivament bżonn veru, jekk huwiex ta’ natura li jilħaq l-għan imfittex u jekk huwiex neċessarju għal dan l-iskop, u, min-naħa l-oħra, ma tinkludi ebda miżura intiża li tipprevjeni jew li tissanzjona l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determina

t.

____________

____________

1 ĠU C 8