Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011 - Kaimer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/06) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Drittijiet tad-difiża - Parteċipazzjoni fil-ksur- Tul tal-ksur - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Trattament ugwali")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kaimer GmbH & Co. Holding KG (Essen, il-Ġermanja) ; Sanha Kaimer GmbH & Co. KG (Essen) ; u Sanha Italia Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: J. Brück, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 -Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/F-1/38.121 - Attrezzaturi) huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-30 ta' Lulju 1996 sal-31 ta' Lulju 1997 bħala l-parteċipazzjoni ta' Kaimer GmbH & Co. KG Holding u ta' Sanha Kaimer GmbH & Co. KG u l-perijodu mill-1 ta' Jannar 1998 sal 14 ta' Lulju 1999 bħala l-parteċipazzjoni ta' Sanha Italia Srl.

L-ammont tal-multa imposta fuq Kaimer huwa stabbilit għal EUR 7.15 miljun, li minnhom in solidum ma' Sanha Kaimer għal ammont ta' EUR 7.15 miljun u ma' Sanha Italia għal anmmont ta' EUR 6.325 miljun.

Il-kumplament tar-rikors huma miċħud.

____________

1 - ĠU C 42, 24.2.2007.