Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Memira Holding AB
(Kawża C-607/17)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket
Konvenuta: Memira Holding AB
Domandi preliminari
Fl-evalwazzjoni dwar jekk telf f’kumpannija sussidjarja fi Stat Membru ieħor huwiex definittiv skont it-tifsira mogħtija, inter alia, fil-każ ta’ A, u l-kumpannija parent tista’ għalhekk tnaqqas it-telf fuq il-bażi tal-Artikolu 49 TFUE, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, taħt ir-regoli tal-Istat li fih tinsab is-sussidjarja, hemm restrizzjonijiet fuq il-possibbiltà li jitnaqqas it-telf għall-partijiet minbarra l-parti nnifisha li għamlet it-telf?
Fil-każ li restrizzjoni bħal dik imsemmija fid-domanda nru. 1 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, għandu jitqies jekk, fil-każ inkwistjoni, hemmx parti oħra fl-Istat li fih tinsab is-sussidjarja li setgħet naqqset it-telf li kieku dan kellu jkun permess hemmhekk?
____________