Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta' Awwissu 2011 - F.P. Jeltes, M.A. Peeters, J.G.J. Arnold vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

(Kawża C-443/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F.P. Jeltes, M.A. Peeters, J.G.J. Arnold

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Domandi preliminari

Is-sentenza Miethe 1, mogħtija meta kien għadu fis-seħħ ir-Regolament Nru 1408/71 2, għad għandu, taħt ir-Regolament Nru 883/2004 3, il-portata addizzjonali li kellu, jiġifieri li jagħti lill-ħaddiem transkonfinali atipiku d-dritt li jagħżel l-Istat Membru fejn qiegħed lilu nniffsu disponibbli għad-dipartiment tal-impjiegi u mingħand min huwa jirċievi benefiċċju tal-qgħad fuq il-fatt li jkun f'dan l-Istat Membru tal-għażla tiegħu li għandu l-aħjar ċans ta' reintegrazzjoni fil-ħajja professjonali tiegħu? Jew l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004, eżaminat globalment, diġà jippermetti li jiġi żgurat b'mod suffiċjenti li l-ħaddiem li huwa għal kollox bla xogħol jirċievi benefiċċju f'kundizzjonijiet li huma iktar favorevoli għalih fir-rigward tat-tfittxija tiegħu għal xogħol, u s-sentenza Miethe tilfet dak il-valur addizzjonali tagħha?

Id-dritt tal-Unjoni, u f'dan il-każ l-Artikolu 45 TFUE jew l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 4, jipprekludi lil Stat Membru li jirrifjuta li jagħti benefiċċju tal-qgħad taħt il-liġi nazzjonali tiegħu fil-każ fejn ħaddiem migrant (ħaddiem transkonfinali) li jinsab għal kollox bla xogħol, li wettaq l-aħħar attività tiegħu f'dan l-Istat Membru u li għalhekk jista' jiġi preżunt li huwa f'dan l-Istat Membru li, minħabba fil-preżenza ta' rabtiet soċjali u familjari, huwa għandu ċans ikbar ta' reintegrazzjoni fil-ħajja professjonali, sempliċementbminħabba fil-motiv li dan il-ħaddiem huwa residenti fi Stat Membru ieħor?

Fid-dawl tal-Artikolu 87(8) tar-Regolament Nru 883/2004, tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, x'risposta għandha tingħata lid-domanda preċedenti meta l-benefiċċju tal-qgħad diġà ngħata lil tali ħaddiem qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 883/2004, taħt il-liġi tal-Istat fejn qabel kien jaħdem, u li l-limitu massimu tal-perijodu għall-għoti jew it-tkomplija ta' dan il-benefiċċju għadu ma ntlaħaqx fil-mument ta' dan id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (il-benefiċċju waqaf milli jiġi mogħti minħabba li l-persuna qiegħda aċċettat impjieg ġdid)?

Ir-risposta għad-domanda 2) hija differenti jekk kienu ttieħdu xi impenji fil-konfront tal-ħaddiema transkonfinali kkonċernati, qegħda, li taħthom dawn setgħu jitolbu t-tkomplija tad-dritt tagħhom għal benefiċċju jekk, wara li jkunu sabu impjieg ġdid, kienu għal darb'oħra qiegħda, meta l-informazzjoni pprovduta f'dan ir-rigward jidher li ma kinitx korretta jew li ma kinitx nieqsa minn ambigwità minħabba f'inċertezzi tal-prattika tal-implementazzjoni?

____________

1 - Sentenza tat-12 ta' Ġunju 1986 (C-1/85, p. 1837).

2 - Regolament tal-Kunsill (KEE), tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

3 - Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

4 - Regolament tal-Kunsill [(KEE)] Nru 1612/68, tal-15 ta' Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).