Language of document :

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 minn JYSK sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-403/15, JYSK sp. z o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-402/17 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: JYSK sp. z o.o. (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiddikjara r-rikors tagħha inammissibbli peress li ma hijiex direttament u individwalment ikkonċernata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3228 finali tal-11 ta’ Mejju 2015 għandha tiġi annullata peress li tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li aċċess indirett għall-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari mill-qrati Pollakki ma jipprovdix il-protezzjoni maħsuba mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-appellanti tiddikjara li hija direttament u individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq.

____________