Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 – Gosselin Group NV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Stichting Administratiekantoor Portielje

(Kawża C-429/11 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju – Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti – Klassifikazzjoni – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Obbligu ta’ motivazzjoni – Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Valur legali – Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti – Portata – Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) – Proporzjon tal-valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 25 – Preskrizzjoni – Ksur ripetut)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Gosselin Group NV (rappreżentanti: F. Wijckmans, H. Burez, u S. De Keer, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Ronkes Agerbeek, aġenti), Stichting Administratiekantoor Portielje

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group vs Il-Kummissjoni (T-208/08) u Stichting Administratiekantoor Portielje (T-209/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-208/08, annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 - Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), sa fejn tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fi ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu bejn it-30 ta’ Ottubru 1993 u l-14 ta’ Novembru 1996 u, fil-Kawża T-209/08, annullat id-Deċiżjoni C (2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C (2009) 5810, sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Gosselin Group NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 331, 12.11.2011.