Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fis-17 ta’ Settembru 2014 – Impresa Edilux srl, in qualità di mandatario di ATI, Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF) vs Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Soprintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana

(Kawża C-425/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Impresa Edilux srl, in qualità di mandatario di ATI e Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF)

Konvenuti: Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Sovrintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE 1 , jipprekludi dispożizzjoni, bħall-Artikolu 1(17) tal-Liġi Nru 190/2012, li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jipprevedu li n-nuqqas ta’ aċċettazzjoni, jew in-nuqqas ta’ prova bil-miktub tal-aċċettazzjoni, mill-impriżi ċċitati iktar ’il fuq, tal-obbligi li jinsabu fil-“protokolli ta’ legalità” u, b’mod iktar ġenerali, fil-ftehimiet konklużi bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-impriżi parteċipanti, intiżi sabiex tiġi miġġielda l-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fis-settur tal-kuntratti pubbliċi, jikkostitwixxu kawża leġittima ta’ esklużjoni ta’ impriżi milli jipparteċipaw f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?

Fis-sens tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE, id-dritt eventwali ta’ Stat Membru li jipprevedi, skont il-każ, is-setgħa ta’ esklużjoni deskritta fl-ewwel domanda, jista’ jitqies li huwa deroga mill-prinċipju ta’ tassattività tal-kawżi ta’ esklużjoni ġġustifikata mill-bżonn imperattiv tal-ġlieda kontra l-fenomenu tat-tentattivi ta’ infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi?

____________

1 Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).