Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Taranto, l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Antonio Semeraro

(C-484/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2012/29/UE – Artikolu 2(1)(a) – Regoli minimi dwar id-drittijiet, is-sostenn u l-protezzjoni ta’ vittmi tal-kriminalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 49, 51, 53 u 54 – Reat ta’ inġurja – Abrogazzjoni mil-leġiżlatur nazzjonali tar-reat ta’ inġurja – Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di piace di Taranto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Antonio Semeraro

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni li tagħti risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di piace di Taranto (qorti tal-paċi ta’ Taranto, l-Italja), li saret b’deċiżjoni tat-2 ta’ Settembru 2016.

____________

1  ĠU C 428, 21.11.2016