Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Bydgoszczy (il-Polonja) fit-23 ta' April 2012 - Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

(Kawża C-190/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Bydgoszczy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

Domandi preliminari

L-Artikolu 56(1) KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) japplika fir-rigward tal-evalwazzjoni intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta' eżenzjoni fiskali personali ta' portata ġenerali, Stat Membru jistax jimplementa dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jiddistingwu s-sitwazzjoni legali tal-persuni taxxabbli b'tali mod li l-fondi tal-investiment li jkollhom is-sede tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn eżenzjoni mill-ħlas b'rata fissa tat-taxxa fuq id-dħul minn dividendi li huma jirċievu, u dan meta fond tal-investiment li għall-finijiet fiskali jkun residenti fl-Istati Uniti ma jibbenefikax minn tali eżenzjoni?

Id-differenza fit-trattament bejn il-fondi tal-investiment li jkollhom is-sede tagħhom fi Stat terz u dawk li s-sede tagħhom jkun f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, prevista mid-dritt nazzjonali għall-eżenzjoni personali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul, tista' tiġi kkunsidrata bħala legalment fondata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 58(1)(a) KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 58(3) KE (li saru dawk tal-Artikolu 65(1)(a) moqrija flimkien mal-Artikolu 65(3) TFUE)?

____________